13 ta’ Diċembru 2014 Ħalli lil Alla Jibdillek l-Imħabbiet Tiegħek (Sir 48:1-4.9-12; S 70; Mt 17:10-13) © Erin Fetterhoff Fil-liturġija tal-lum, il-Knisja ddawrilna l-ħarsa tagħna fuq il-Profeta Elija. Anzi, aktar milli l-Profeta Elija, aktar fuq kif kienu l-Lhud ta’ żmien Ġesù jistennew lil Elija jerġa’ jiġi. Kif naqraw fil-Ktieb ta’ Bin Sirak, Elija huwa mqabbel […]
CONTINUE READING12 ta’ Diċembru 2014 Il-Bniedem Hieni … Ma Jitlajjax fid-Dnub (Iż 48:17-19; S 1; Mt 11:16-19) X’jagħmel bniedem “hieni” quddiem Alla? Huwa dak li ma jimxix fuq il-pariri tal-ħżiena, li ma jitlajjax fid-dnub tiegħu, u lanqas ma joqgħod maż-żeblieħa. Huwa dak li lejl u nhar jaħseb fuq il-liġi tal-Mulej. Meta, fil-fatt, il-Bibbja titkellem dwar il-liġi […]
CONTINUE READING11 ta’ Diċembru 2014 “Jiena l-Għajnuna Tiegħek” (Iż 41:13-20; S 145; Mt 11:11-15) Fil-liturġija tal-lum, il-Knisja illum titlob lil Alla biex iqajjem fiha l-fidi, u dan permezz tad-don tal-qdusija. Għal darb’oħra, il-Profeta Iżaija, huwa u jkellem lill-poplu ta’ Iżrael fl-eżilju, juri min hu verament is-Sid tal-Istorja. Huwa Alla li jibdel id-deżert f’għadira ilma, li l-art […]
CONTINUE READINGALLA MA JEGĦJA QATT U MA JINKEDDX (Iż 40:25-31; S 103; Mt 11:28-30) Il-Profeta Iżaija fil-qari tal-lum ikellimna dwar Alla li “ma jegħja qatt, u ma jinkeddx.” F’din it-tieni parti tal-ktieb tiegħu (kap. 40-55), l-għan tal-Profeta huwa li jnissel it-tama fil-qalb tal-Iżraelin li kienu meħudin fl-eżilju tal-Babilonja. Il-poplu kien qata’ qalbu minn Alla, ma baqax […]
CONTINUE READINGIż-żmien tal-Avvent mhux biss ifakkarna li aħna Nsara li ninsabu fi proċess ta’ stennija – l-istennija għat-tieni miġja ta’ Sidna Ġesù fl-aħħar taż-żminijiet – imma wkoll aħna Nsara li għandna dejjem iżjed nirrealizzaw li mingħajr Alla fil-ħajja tiegħu “il-bniedem huwa ħaxix, u sbuħitu bħal ward ir-raba’ […] il-ħaxix jinxef, u l-ward jidbiel, iżda l-kelma tal-Mulej […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ llum tkompli ddaħħalna fil-fond taż-żmien u l-missjoni messjanika ta’ Ġesù karatterizzati mill-fejqan u l-universalità tas-salvazzjoni. Din il-missjoni u dan iż-żmien ġie inawgurat bi Kristu u jkompli fil-komunità ta’ dawk li jemmnu fih. Isaija jgħidilna li l-Mulej huwa għalina għalliem li jħallina ngħaddu mill-iebes u mit-tiġrib. Hu jagħmilna mgħallma mit-triq tat-tiġrib, jisqina d-dmugħ u […]
CONTINUE READINGIs-sinjali taż-żmien messjaniku huma dawk marbutin mas-salvazzjoni u l-ħelsien. Meta Ġwanni l-Battista jibgħat lid-dixxipli jistaqsu lil Ġesù huwiex hu dak li kellu jiġi, Ġesù jibgħathom lura għand il-Prekursur jirrakkuntawlu x’qegħdin jaraw u jismgħu: il-ħelsien tal-imjassrin, il-fejqan taz-zopop, l-għomja, t-torox. Fis-sinagoga wkoll Ġesù jiftaħ il-ministeru pubbliku tiegħu bil-kliem ta’ Iżaija: L-Ispirtu tal-Mulej fuqi għax hu kkonsagrani […]
CONTINUE READINGIżaija llum jistqarr li Ġerusalemm, il-Belt ta’ Alla hi qawwija. Hi l-Belt ta’ Alla Mhux tal-bnedmin. Isimha donnu jixhed għal dan għax din il-Belt ma nħolqitx u ma ssemmietx mill-Poplu ta’ Alla. Imma l-poplu biex ngħidu hekk ħa l-fiżjonomija tiegħu minnha. Isimha nsibuh l-ewwel darba fil-Ġenesi, hemm fejn jiltaqgħu Abraham u Melkisedek, is-Sultan/Qassis ta’ Salem. […]
CONTINUE READINGIl-Liturġija tal-Kelma llum tqegħdilna żewġ simboli kbar fil-kultura Biblika: Il-Muntanja u l-Mejda. Fil-Kotba Mqaddsa, l-Muntanja hija l-post privileġġjat tal-laqgħa ma’ Alla, tal-intimità miegħu. Il-muntanja hija biċċa art li togħla ‘l fuq u l-quċċata tagħha tmiss mas-sema, allura simbolikament turi x-xewqa tal-bniedem li jogħla ‘l fuq lejn Alla. Fil-Kotba Mqaddsa, l-għoljiet u l-iġbla huma l-post li […]
CONTINUE READING“Tħaddar f’jiemu l-ġustizzja u s-sliem kotran għal dejjem”. Din il-wegħda mimlija tama tinżlilna għasel f’dan iż-żmien ta’ taqlib, ta’ atroċitajiet, ta’ taħwid, ta’ prekarjetà ekonomika u relazzjonali bejn il-bnedmin u l-ġnus, ta’ nuqqas ta’ rġulija u responsabilità fit-treġija. Fi żmien ta’ instabilità fuq kull livell tal-ħajja soċjali, il-Profeta jħabbar din l-istabilità tal-ġustizzja u s-sliem li […]
CONTINUE READING