Il-kelma tal-Mulej (v.11) m’hijiex kelma kwalunkwe. Meta tintuża għal Alla, “dabar” fl-Ebrajk tfisser “mezz li bih tiġi s-salvazzjoni”, enerġija divina li toħloq fil-qlub tal-bnedmin art għammiela biex tisseddaq u titqaddes fil-preżenza t’Alla nnifsu. Il-kelma “dabar” tintuża aktar minn 390 darba fit-Testment l-Antik biss, xhieda tal-insistenza min-naħa t’Alla li jixtieq li jwassal lill-bnedmin fil-port tas-salvazzjoni, fil-mistrieħ […]
CONTINUE READINGDiversi studjużi, interessati fl-għerq tal-kelma “qaddis”, jaraw fiha kwalità ta’ xi ħadd safi, pur, mhux imtappan bit-tlellix ta’ din id-dinja, filwaqt li oħrajn imorru pass iktar minn hekk u jaraw fil-qaddis element ta’ qtugħ. Bniedem ikun qaddis, jgħidu, jekk dan jinfired minn dak li hu mundan u limitat biex isir u jingħaqad iżjed ma’ dak […]
CONTINUE READINGL-ewwel Ħadd tar-Randan dejjem jiftaħ bix-xena ta’ Ġesù li jmur fid-deżert għal erbgħin jum, bħall-poplu Lhudi li dam erbgħin sena jterraq fih wara l-ħelsien mill-Eġittu, bħal Mosè li dam erbgħin jum fuq is-Sinaj qabel irċieva l-kamndamenti, bħal Elija li maħrub fid-deżert dam erbgħin jum sa ma wasal f’Ħoreb il-muntanja tal-Mulej. Huwa għalhekk xieraq li l-mixja […]
CONTINUE READINGFir-rakkont tas-sejħa ta’ Levi fl-Evanġelju skont San Mattew insibu żewġ verbi ta’ azzjoni mportanti ħafna: “bilqegħda” u “qam”. Levi kien publicanus jew τελώνης, jiġifieri wieħed li jiġbor it-taxxi. Lhudi mixtri miċ-censores, Uffiċċjali ta’ Ruma responsabbli mill-ġbir tat-taxxi. il-pubblikan kien jgħix billi jdabbar f’butu dak li jista’ mill-ġbir tat-taxxi li jmorru għall-Imperu Ruman. Għaldaqstant il-Lhud kienu […]
CONTINUE READINGIl-profeti kollha fil-Kotba Mqaddsa dejjem wissew lill-poplu li l-espressjonijiet tal-kult ma jfissru xejn u huma ritwali vojta, karnival jekk trid, jekk ma humiex imseħbin mal-ħajja tat-tjieba. Iżaija llum (Is 58:1-9) iqiegħed fuq fomm Alla l-ilment li l-poplu tiegħu imur quddiem Alla daqs li kieku hu gust, daqs li kieku kollox sejjer tajjeb! L-ewwel minn filgħodu […]
CONTINUE READINGIċ-ċavetta li biha għandna niftħu l-bieb tas-sens tal-mixja tar-Randan hija l-ħbiberija. Aħna msejħin biex ngħixu ħbieb magħna nfusna, mal-oħrajn, ma’ Alla. San Pawl isejħilna għal dan l-isforz tal-ħbiberija. Il-Profeta Ġoel fl-ewwel qari tal-quddiesa ta’ llum isejjaħ lill-poplu lura għal dan għax sa issa kien qed jgħix ’il barra minn din il-ħbiberija, minkejja, li ritwalment kien […]
CONTINUE READING1. Michele Bellanti (1807-1833) Kwadru ieħor sabiħ li juri lil San Elija (1858) fil-Karmnu tal-Mdina u meqjus kapulavur ta’ Michele Bellanti flimkien mal-kwadru l-ieħor tal-Madonna tal-Karmnu, jinsab bħala titular tal-kappella ta’ San Elija. L-unika żewġ kwadri fi knisja minn idejn Bellanti fil-fatt huma dawn it-tnejn. Bellanti kien student prolifiku ta’ Giuseppe Hyzler fil-moviment Nazarenu u […]
CONTINUE READINGWaħda mid-devozzjonijiet marjani mxerrda sew f’pajjiżna hija dik lejn il-Madonna tal-Karmnu fil-Jum tal-Erbgħa, magħrufa bħala d-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu. Magħha wkoll marbuta t-tradizzjoni ta’ missirijietna u ommijietna tas-sawm u l-astinenza tal-Karmnu flimkien mal-ilbies iswed jew skur u s-sehem fil-prietki jew katekeżi tal-Udjenzi fis-sebgħa ġimgħat tal-Għid li jfakkru ġeneralment il-ferħat ta’ Marija. Din id-devozzjoni tal-Erbgħat tal-Karmnu bdiet […]
CONTINUE READINGFil-ġrajja tal-magħtub imfejjaq minn Ġesù taħt il-ħames portiċi biswit jew il-vaska ta’ Betesda turina li Alla kull ma jixtieq minna hija r-rieda, ir-rieda li ninbidlu u nqumu mill-qagħda li ninsabu fiha. Il-magħtub kien biswit din il-vaska li bi tradizzjoni u twemmin popolari kienu jemmnu li darba kultant jinżel anġlu fiha u jċaqlaq l-ilma qiegħed. Min […]
CONTINUE READINGFil-ġrajja tal-fejqan ta’ iben l-uffiċċjal, naraw mhux biss il-ħniena u l-imħabba ta’ Ġesù, imma wkoll il-fidi għamja ta’ dan l-uffiċjal li tispikka meta naqrawha bejn il-vrus l-oħra ta’ l-istess silta li tgħid li Ġesù nnifsu għaraf “li l-ebda profeta ma hu milqugħ tajjeb f’pajjiżu” u l-ilment tiegħu “jekk ma tarawx sinjali u għeġubijiet tibqgħu ma […]
CONTINUE READING