In-nies ta’ Nazaret, li tant kienu familjari ma’ Ġesù u l-familja tiegħu, stagħġbu … mhux għax emmnu fih u f’dak li kellu xi jgħid imma għax għalihom Ġesù kien sempliċiment “bin il-mastrudaxxa.” Madanakollu Ġesù stenniha reazzjoni bħal din għaliex tassew li “ebda profeta ma milqugħ tajjeb f’pajjiżu.” Iġib l-eżempju ta’ żewġ profeti mill-Antik Testment li […]
CONTINUE READINGIlkoll nafu xi tkun qalb iebsa. Forsi xi darba qalbna bbieset quddiem sitwazzjoni jew persuni, jonkella qalb oħrajn ibbieset fil-konfront tagħna. Qalb iebsa tieqaf tħoss. Hi sintomu ta’ għeluq fina nfusna u wkoll mod ta’ kif niddefendu lilna nfusna biex ma nweġġgħux. llum il-Kelma ta’ Alla tkellimna fuq il-qalb iebsa tal-bniedem fil-konfront ta’ Alla. Quddiem […]
CONTINUE READINGDak Alla li kixef lilu nnifsu quddiemna fil-Ġrajja tas-Salvazzjoni uriena li hu qribna, tant qribna, li l-kxif tiegħu (li fit-teoloġija nsejħulu Rivelazzjoni) wasal fil-milja tiegħu f’Ġesù Kristu, Ibnu li sar bniedem bħalna. Il-Kelma ta’ Alla llum turina mod ieħor li bih Alla huwa qribna. Fl-ewwel qari mid-Dewteronomju, Alla huwa qrib, permezz tal-Kelma tiegħu, jonkella l-Liġi […]
CONTINUE READINGJekk ikollna niġġudikaw il-missjoni ta’ Ġesù, bla dubju ngħidu li mmarkata minn falliment. Bdiet b’falliment u spiċċat b’falliment. Bdiet bit-twarrib ta’ Ġesù fis-sinagoga fl-ewwel “prietka” tiegħu u spiċċat b’falliment fuq is-salib. Taħt dan il-falliment iżda hemm Alla li jaħdem. Kemm fil-bidu, matul u fit-tmiem tal-ġrajja ta’ Ġesù, taħt il-falliment Alla jiġbed lejh il-fqajrin li jismigħu […]
CONTINUE READINGEżerċizzi minn P. Albert Brincat, Karmelitan. Missjunarju tista’ tgħid għal ħajtu kollha l-ewwel f’Medellin il-Colombia fejn għex mal-komunità Karmelitana litteralment qalb il-foqra f’esperjenza mal-“komunitajiet tal-bażi” ispirati mit-Teoloġija tal-Liberazzjoni, imbagħad fil-Missjoni Karmelitana Maltija il-Bolivja. F’dawn l-eżerċizzji bit-tema “Ħniena rrid mhux Sagrifiċċju”, P. Albert Brincat jeħodna fl-esperjenza ħajja tal-Evanġelju kif għexha hu u rċeviha fl-għixien mal-foqra. Huwa […]
CONTINUE READINGJekk Ġesù rrivelalna lil Alla bħala Missier, daqstant ieħor irrivelalna b’mod qawwi li r-relazzjoni tagħna miegħu hija waħda ta ulied. Fit-talba tal-Missierna li tikkaratterizza t-talb nisrani, huwa għallimna nsejħu lil Alla b’Missier, imma wkoll impenjana ngħixu ta’ wliedu tassew. Is-sinjal il-kbir li Alla huwa Missier u aħna wliedu jidher l-aktar fil-maħfra li Alla jagħtina dejjem […]
CONTINUE READINGIlkoll nafuha l-ġrajja ta’ Ġużeppi mibjugħ minn ħutu. Hija waħda mill-ġrajjiet fil-Kotba Mqaddsa li tixhed għall-misteru tat-tbatija tal-innoċenti u tal-ġusti. Ġużeppi huwa fil-fatt fit-tradizzjoni nisranija it-tip ta’ Ġesù Kristu, l-innoċenti per eċċellenza li ġie persegwitat u maqtul. Hu l-Għażiż ta’ Alla li ttieħed f’idejn il-ħżiena. Waħda mill-isbaħ omeliji li tagħmel xebħ bejn Ġużeppi u Ġesù […]
CONTINUE READINGĠeneralment quddiem il-parabbola tal-għani u Lazzru l-fqir nieqfu fuq it-tagħlima dwar il-qsim ġust tal-ġid. Fil-verità iżda l-parabbola tmur iktar lil hemm. L-għani wara mewtu jitlob lil Abraham biex jibgħat lil Lazzru l-fqir li kien jinsab fi ħdanu, għand il-familjari biex dawn jikkonvertu kif jaraw li qam raġel mill-mewt! Abraham, jgħidlu li ġaladarba ma kkonvertewx bil-kelma […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ Alla llum tqegħdilna lill-Profeta Ġeremija bħala dak li huwa l-prekursur ta’ Kristu fil-persekuzzjoni minħabba l-missjoni profetika tiegħu. Il-missjoni ta’ Ġeremija kienet dik li jikkundanna id-dnub tal-poplu, l-ikdolatrija, u jħabbar it-tiġrif ta’ Ġerusalemm għax telqet lil Alla, nsietu u ġriet wara Alla oħra. Ġeremija jitqiegħed f’kuntrast ma’ profeti oħra “mixtrija” li biex jibżgħu għal […]
CONTINUE READINGKull fidi u reliġjon meta trabbi l-għeruq toħloq madwarha “kult” u “kultura” u drawwiet fl-ilbies, fl-ikel, fl-imġieba. Dawn għall-bidu jkunu espressjonijiet ta’ fidi ġenwina. Biż-żmien, speċjalment meta l-fidi u r-reliġjon ma jibqgħux il-fus li fuqu ddur il-ħajja soċjali u allura l-bniedem ma jibqax jidentifika lilu nnifsu mal-identità li tagħtih dik il-fidi u dik ir-reliġjon partikolari, […]
CONTINUE READING