Din il-Ġimgħa bdejna nimxu ma’ Ġesù fil-vjaġġ tiegħu lejn Ġerusalemm. San Ġwann fil-kapitlu 7, jagħtina b’dettall mhux biss il-mixja fiżika ta’ Ġesù minn post għal ieħor imma wkoll il-mixja interjuri tiegħu. Quddiem il-prospettiva tal-mewt, Ġesù l-ewwel jaħrab u jinħeba. Mil-Lhudija jitla’ l-Galilija. Imma mbagħad f’daqqa waħda jerġa’ lura proprju fil-qalba u jidħol Ġerusalemm fit-tempju. Hemmhekk […]
CONTINUE READINGFil-ġrajja tal-magħtub imfejjaq minn Ġesù taħt il-ħames portiċi biswit jew il-vaska ta’ Betesda turina li Alla kull ma jixtieq minna hija r-rieda, ir-rieda li ninbidlu u nqumu mill-qagħda li ninsabu fiha. Il-magħtub kien biswit din il-vaska li bi tradizzjoni u twemmin popolari kienu jemmnu li darba kultant jinżel anġlu fiha u jċaqlaq l-ilma qiegħed. Min […]
CONTINUE READINGFil-ġrajja tal-fejqan ta’ iben l-uffiċċjal, naraw mhux biss il-ħniena u l-imħabba ta’ Ġesù, imma wkoll il-fidi għamja ta’ dan l-uffiċjal li tispikka meta naqrawha bejn il-vrus l-oħra ta’ l-istess silta li tgħid li Ġesù nnifsu għaraf “li l-ebda profeta ma hu milqugħ tajjeb f’pajjiżu” u l-ilment tiegħu “jekk ma tarawx sinjali u għeġubijiet tibqgħu ma […]
CONTINUE READINGMeta Thérèse ta’ Lisieux kienet qrib l-aħħar ta’ ħajjitha stqarret ma’ ħutha s-sorijiet, li f’għajnejhom hi kienet ixxurtjata għax se tidher quddiem Alla b’idejha mimlija bil-virtù, li s-sema tielgħa b’idejha vojta u mimlija fiduċja li se tirċievi kollox mingħand Alla. Fl-Evanġelju ta’ llum Ġesù jqegħdilna lill-pubblikan bħala mudell tal-ħajja tal-fidi. L-atteġġjament tiegħu, l-għarfien tiegħu innifsu […]
CONTINUE READINGIl-Kelma ta’ Alla llum tikkonfrontana b’żewġ azzjonijiet: dur u isma’. It-tnejn li huma jindikaw moviment, ċaqlieq. Il-Profeta Hosegħa fl-ewwel qari tal-Quddiesa ta’ llum iwassal il-Kelma ta’ Alla li tistieden lil Israel, imqabbel ma’ mara adultera fir-relazzjoni mar-raġel tagħha – tant hu hekk li fil-bidu tal-ktieb ta’ Hosegħa nsibu lill-profeta li fuq l-amar ta’ Alla jiżżewweġ […]
CONTINUE READINGIl-Profeta Ġeremija baqa’ magħruf għal-Lamentazzjonijiet jew il-krib tiegħu għal Ġerusalemm il-belt ta’ Alla u tas-Sliem, li ġiet meqruda minħabba l-infedeltà tagħha lejn Alla u lejn il-Patt li hu għamel mal-poplu tiegħu. Fil-qari ta’ llum, Ġeremija josserva li minkejja l-fedeltà ta’ Alla mal-poplu tiegħu, dan il-poplu mar lura flok ’il quddiem, donnu Alla u l-Profeti tiegħu […]
CONTINUE READINGHoly Week and the Easter Season are at the doorstep. Spring brings a sense of new life. Alongside the seasonal natural cycle we relive in faith our new life in Christ through the ritual celebration of the mystery of Jesus Passion, Death and Resurrection. The celebrations andevents at the Priory want to enable us to […]
CONTINUE READING“Mur inħasel fil-Ġordan” (2 Slat. 5:1-15a; S 41; Lq 4:24-30) Nagħman kien il-kmandant tal-eżerċtu tar-Re Aram tas-Sirja li fi żmien ir-Re Aħab ta’ Iżrael, kien iġġieled u rebaħ lis-Sirja kontra Iżrael. F’għajnejn kulħadd dan Nagħman kien “suldat qalbieni”, “kien kbir quddiem sidu” u r-Re “kien iġibu ħafna”. Iżda r-raġel kien lebbruż, li kienet marda terribli […]
CONTINUE READINGWaslu l-jiem li fihom niċċelebraw l-Għid tal-Mulej. Ir-Rebbiegħa ġġib magħha sens ta’ ħajja ġdida u dak li ngħixu fiċ-ċiklu naturali tal-ħolqien ngħixuh u niċċelebrawh ukoll ritwalment fil-ħajja tal-fidi tagħna bi mpenn li nagħtu pass ieħor ’il quddiem fil-ħajja ġdida ma’ Kristu. Fil-15 ta’ Marzu niċċelebraw ir-Rebbiegħa u l-ħajja ġdida b’wirja tan-naħal fil-kunvent. Dan iż-żmien iġib […]
CONTINUE READINGIl-liturġija ta’ llum iddur madwar tema waħda: Alla Missier li jagħtina dak kollu li hu meħtieġ biex aħna nduru lejh u nibqgħu f’daru… li hi darna! Waqt li lbieraħ irriflettejna fuq Alla li hu missier li jħobb, bil-ġrajja ta’ Ġakobb, Ġużeppi u ħutu, inkomplu fuq l-istess tema bil-parabbola ta’ Ġesù magħrufa bħala l-Iben il-ħali. Hemm […]
CONTINUE READING