Il-Kelma ta’ Alla llum terġa’ taqbad it-tema tal-konverżjoni, din id-darba bil-figura ta’ Ġona li fl-ewwel qari iħabbar il-konverżjoni bit-tehdid tal-qerda tal-belt ta’ Niniveh jekk din ma tibdilx ħajjitha, d-drawwiet tagħha. Ġona joħroġ fil-pjazez ixandar il-konverżjoni u għal din il-kelma tiegħu il-belt, mis-sultan sal-iżgħar tifel u tifla, ħaduh bis-serjetà u ċċaqalqu minn fejn kienu, biddlu ħajjithom… […]
CONTINUE READINGIr-riflessjoni tagħna llum iddur fuq il-kelma. Iżaija fl-ewwel qari mill kapitlu 55:10-11, iwasslilna l-messaġġ ta’ Alla dwar il-kelma tiegħu. Din il-kelma għandha żewġ karatteristiċi: tinżel mis-sema bħax-xita u s-silġ u ssaqqi biex tagħti l-ħajja. Fl-Evanġelju mbagħad Ġesù jgħidilna li fejn jidħol Alla ma għandniex bżonn ħafna kliem. Il-Kotba Mqaddsa jgħallmuna li l-“kelma ta’ Alla hi […]
CONTINUE READINGFil-Liturġija tal-Kelma għall-quddiesa ta’ llum tidher ħafna drabi il-kelma “sawm”. Nistgħu ngħidu li fil-fatt il-Knisja llum fl-għażla tal-qari tixtieq iddawwalna fuq is-sawm bħala aspett mhux biss tar-Randan imma tal-għixien tal-ħajja nisranija. L-ewwel qari meħud mill-kapitlu 58 tal-Profeta Iżaija versi 1 sa 9, jibda’ bix-xewqa tal-poplu għal Alla: “minn jum għal ieħor ifittxuni u jixtiequ jkunu […]
CONTINUE READINGWaħda mid-devozzjonijiet sbieħ Karmelitani hija dik lejn il-Volto Sant, jew il-Wiċċ Imqaddes. Din id-devozzjoni xterdet bħan-nar mad-dinja kollha fis-seklu 19 hekk li l-Papa Piju XII nhar is-17 ta’ April 1958 approva l-festa liturġika tal-Wiċċ Imqaddes u għaniha b’testi liturġiċi proprji biex tiġi ċċelebrata it-Tlieta ta’ qabel Ras ir-Randan, li tradizzjonalment huwa l-jum li fih issir […]
CONTINUE READINGAnother important liturgical cycle is approaching: the Season of Lent marking the start of an intensive preparation for the Paschal Mystery of Christ. During Lent we are encouraged to take more seriously our Christian duties of prayer, simple and sober lifestyle, and growth in Charity through being more attentive to others in their needs. Although […]
CONTINUE READING“Mhux li kont iċċarrat is-smewwiet u tinżel minn hemm!” (Iż 63:19). Dan il-kliem ta’ Iżaija juri x-xewqa mħeġġa tal-profeta għall-miġja ta’ Alla fostna biex iqiegħed kollox f’postu għax hu “iħabrek għal min jittama fih” (Iż 64:3). L-Avvent huwa ż-żmien li fih aħna neżaminaw lilna nfusna fuq ix-xewqa ta’ Alla. Nistaqsu fil-fond ta’ qalbna: nixtequh lil […]
CONTINUE READINGF’dan l-aħħar jum tas-sena liturġika tal-Knisja il-qari tal-quddiesa jdaħħalna fl-ispirtu tal-Mulej li ġej fl-aħħar taż-żmien u jistedinna noqgħodu attenti: għassa għall-miġja tiegħu. Fis-Salm ilkoll tennejna “Ejja Mulej Ġesù” u fl-Evanġelju l-Mulej jinsisti magħna kemm hu mportanti li nkunu dejjem attenti. L-attenzjoni hija virtu’ umana u nisranija. Fil-ħajja ta’ kuljum tgħallimna ngħixu l-mument, tgħallimna l-galbu, ngħammru […]
CONTINUE READINGIl-liturġija u d-devozzjoni popolari tiddedika x-xahar ta’ Novembru għat-tifkira tal-għeżież mejtin tagħna. Novembru jiftaħ bil-festa tal-Qaddisin Kollha u bl-Għid tal-Imwiet u jagħlaq bil-festa ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu li għad jiġi fl-aħħar taż-żmien Imħallef tal-ħajjin u tal-mejtin. Aħna nemmnu li wara l-mewt tagħna ngħaddu mill-ġudizzju dwar ħajjitna fuq din l-art. Ġesù jgħallimna li se nkunu […]
CONTINUE READINGBergoglio, who has always considered the flower a “sign” of Saint Thérèse of Lisieux and of her intercession, received one out of the blue, the day after the peace vigil for Syria On Sunday 8 September, the day after the long prayer vigil for peace in Syria – when some passages from texts written by […]
CONTINUE READINGIl-Karmelu minn dejjem kien meqjus skola ta’ talb! Dan jgħarfuh mhux biss ir-Regula, l-Kostituzzjonijiet u d-Dokumenti tal-Ordni, imma wkoll il-kontribut u r-rwol fil-Knisja tal-Qaddisin Karmelitani li dejjem spikkaw bħala Għalliema tal-Ħajja Ġewwinija: il-Ħajja tat-Talb. Il-Papiet, ukoll dawk reċenti, jgħarfu lill-Karmelitani tassew, bħala esperti tal-ħajja tat-talb, tat-taħdita ma’ taqta xejn ma’ Alla. Wieħed mill-mezzi biex wieħed […]
CONTINUE READING