Farrġu, farrġu lill-poplu tiegħi jgħid Alla permezz tal-profeta Izaija. Waqt li l-poplu jinsab fid-dezert, fix-xejn, Alla jistiednu jibni triq. Kemm huwa minnu dan! Kemm nistgħu il-qtiegħ ta’ qalb, iċ-ċirkustanzi li jimblukkawna u jillimitawna nużawhom biex inħejju triq għall-Mulej. Id-deżert tagħna, il-limitu, id-diżgrazzji tagħna kollha jistgħu ikunu okkażjoni li bihom aħna nħallu lil Alla jibdilna minn […]
CONTINUE READINGIt-tieni ħadd tal-Avvent jiftaħ bit-tħabbira ta’ Iżaija meħuda minn dik il-parti tal-ktieb li tissejjaħ il-ktieb tal-Għimmanuel. F’dan il-ktieb, Iżaija jitkellem dwar iz-zokk niexef li hu simbolu tal-poplu li nqata minn Alla u allura nixef. Madanakollu minn dan iz-zokk niexef toħroġ fergħa li timla lil dan il-poplu b’tama u ferħ qaddisa għax mhux kollox hu mitluf. […]
CONTINUE READINGIs-Solennita tat-Tnissil bla Tebgħa ta’ Marija tiġi fl-Avvent għal raġuni partikolari. Aħna nitkellmu ħafna dwar li l-Avvent huwa żmien ta’ tħejjija sabiex niltaqgħu mal-Mulej li ġej iżurna. Tajjeb niftakru li mhux aħna biss inħejju ruħna sabiex nilqgħu lil Mulej li ġej, imma huwa Alla li jħejjina sabiex inkunu nistgħu nilqgħu din il-miġja tieħu fostna. F’Marija […]
CONTINUE READINGIs-salvazzjoni li tiġi minn Alla ma tiġix mix-xejn u fix-xejn. Hija salvazzjoni konkreta li tieħu forma fid-dinja tagħna u fil-ħajja tagħna. Fl-evanġelu s-salvazzjoni li Ġesu jagħti u li ġejja minnu hija l-qsim tal-ħajja tiegħu mad-dixxipli. Huwa jibgħat lit-12 biex ikomplu dak li beda hu. Mela s-salvazzjoni tieħu forma fil-komnkret. Fl-evanġelu ta’ llum dan il-mod konkret […]
CONTINUE READING