Fil-ġrajja tal-fejqan ta’ iben l-uffiċċjal, naraw mhux biss il-ħniena u l-imħabba ta’ Ġesù, imma wkoll il-fidi għamja ta’ dan l-uffiċjal li tispikka meta naqrawha bejn il-vrus l-oħra ta’ l-istess silta li tgħid li Ġesù nnifsu għaraf “li l-ebda profeta ma hu milqugħ tajjeb f’pajjiżu” u l-ilment tiegħu “jekk ma tarawx sinjali u għeġubijiet tibqgħu ma […]
CONTINUE READINGMeta Thérèse ta’ Lisieux kienet qrib l-aħħar ta’ ħajjitha stqarret ma’ ħutha s-sorijiet, li f’għajnejhom hi kienet ixxurtjata għax se tidher quddiem Alla b’idejha mimlija bil-virtù, li s-sema tielgħa b’idejha vojta u mimlija fiduċja li se tirċievi kollox mingħand Alla. Fl-Evanġelju ta’ llum Ġesù jqegħdilna lill-pubblikan bħala mudell tal-ħajja tal-fidi. L-atteġġjament tiegħu, l-għarfien tiegħu innifsu […]
CONTINUE READINGJekk il-Profeta Iżaija jagħtina s-sens ta’ bniedem virili u sever, il-Profeta Ġeremija kien affettiv, anke xi ftit timidu. Hu li kien iwassal il-Kelma t’Alla li kienet titlob li l-poplu Lhudi joqgħod taħt il-ħakma tal-poplu Persjan kien jiġi kkunsidrat daqs l-għar traditur. Jgħidilna hu stess li kien jippreferi jżomm kliemu kontra Ġerusalemm għalih, imma l-verità hi […]
CONTINUE READINGIr-riflessjoni tagħna llum iddur fuq il-kelma. Iżaija fl-ewwel qari mill kapitlu 55:10-11, iwasslilna l-messaġġ ta’ Alla dwar il-kelma tiegħu. Din il-kelma għandha żewġ karatteristiċi: tinżel mis-sema bħax-xita u s-silġ u ssaqqi biex tagħti l-ħajja. Fl-Evanġelju mbagħad Ġesù jgħidilna li fejn jidħol Alla ma għandniex bżonn ħafna kliem. Il-Kotba Mqaddsa jgħallmuna li l-“kelma ta’ Alla hi […]
CONTINUE READINGIl-liturġija ta’ llum tiffukana fuq il-liġi tal-Mulej fir-rigward tar-relazzjonijiet tagħna ma’ Alla u mal-bnedmin. Fil-Ktieb tal-Levitiku Alla jsejjaħ lill-poplu tiegħu għall-qdusija: “kunu qaddisin għax qaddis jien”. Alla waħdu hu l-qaddis, anzi hu qaddis għal tliet darbiet. Alla hu qaddis għax għalkemm hu jinteressah fina u fil-ħolqien li hu ħalaq, hu jibqa’ ’il fuq mill-art u […]
CONTINUE READINGL-ewwel Ħadd tar-Randan huwa dejjem iddedikat lill-irtirar ta’ Ġesù fid-deżert. San Mark iżda ma jgħidilniex li l-Ispirtu “ħa” lil Ġesu’ fid-deżert, imma li “ħareġ” lil Ġesu’ fid-deżert. Il-verb “toħroġ” huwa wieħed importanti fil-Kotba Mqaddsa. L-ewwelnett ifakkarna espliċitament f’Alla li “ħareġ” lil Abraham minn Ur tal-Kaldej, lil Israel mill-Eġittu għal erbgħin sena fid-deżert, lil Pietru (u […]
CONTINUE READINGL-Evanġelju ta’ llum (Lq 5:27-32) jiftaħ b’żewġ verbi li jiddeskrivu żewġ azzjonijiet ta’ Ġesù: “ħareġ” u “ra”. Dawn iż-żewġ azzjonijiet jfakkruna fil-ġrajja ta’ Mose quddiem l-għollieq jaqbad. Alla jgħidlu “ħarist u rajt it-tbatija tal-poplu tiegħi fl-Eġittu… issa nżilt biex neħlishom” (Eż 3:7-8). Dawn l-azzjonijiet jindikaw ċaqlieq min-naħa ta’ Alla lejn il-bniedem. Alla jitqanqal u jiċċaqlaq […]
CONTINUE READINGFil-Liturġija tal-Kelma għall-quddiesa ta’ llum tidher ħafna drabi il-kelma “sawm”. Nistgħu ngħidu li fil-fatt il-Knisja llum fl-għażla tal-qari tixtieq iddawwalna fuq is-sawm bħala aspett mhux biss tar-Randan imma tal-għixien tal-ħajja nisranija. L-ewwel qari meħud mill-kapitlu 58 tal-Profeta Iżaija versi 1 sa 9, jibda’ bix-xewqa tal-poplu għal Alla: “minn jum għal ieħor ifittxuni u jixtiequ jkunu […]
CONTINUE READINGSaret komuni fostna d-drawwa li ċerti kumpaniji jikkuntattjaw lill-klijenti u jippruvaw ibegħulhom xi prodott jew offerta sabiex wieħed jaċċetta u jidħol fi ftehim li jorbtok għal numru ta’ snin. Il-leħen fuq il-linja tat-telefon jipprova jpinġihielek attraenti kemm jista’ jkun u ġeneralment jgħidlek nofs verità jew ma jgħidlekx biċ-ċar l-obbligi u l-konsegwenzi li mbagħad issibhom meta […]
CONTINUE READINGIllum nibdew żmien intensiv fil-mixja tagħna wara Kristu. Iż-żmien tar-Randan ifakkarna l-ewwelnett li aħna mexjin wara Sidna Ġesu’ bħala dixxipli tiegħu. Proprju f’din il-mixja r-Randan huwa żmien ta’ grazzja għax irid jagħtina l-istrutturi li jgħinuna nsaħħu din il-mixja tagħna wara Kristu… Kristu Msallab. L-istrutturi jew il-pilastri li fuqhom iżomm ir-Randan huma l-istess li jżommu l-ħajja […]
CONTINUE READING